Friday, December 21, 2012

Kif jista’ jingħad ir-Rużarju tas-Seba’ Duluri




A) Ibda b’att ta’ ndiema biex twarrab kwalunkwe xkiel quddiem Alla u l-Omm Imbierka Tagħna.
Alla tiegħi, jisgħobija b’qalbi kollha li offendejtek, u nistmerr dnubieti kollha, għax nitkexkex mit-telf tal-ġenna u t-tbatijiet tal-infern; iżda fuq kollox għax huma joffendu lilek, Alla tiegħi, li inti kollok tjieba u jistħoqqlok imħabbti kollha.  Nagħmel fehma soda, li bil-għajnuna tal-grazzja tiegħek, nqerr dnubieti, nagħmel penitenza, u nibdel ħajti għat-tajjeb.  Ammen.”

B) Itlob Missierna waħda flimkien ma’ seba’ Sliema wara li timmedita fuq kull dulur ta’ l-Omm Imbierka Tagħna.

C) Tnebbieħ biex timmedita is-seba’ duluri ta’l-Omm Imbierka Tagħna huma:
1) Il-profezija ta’ Xmun (li sejf qed jinfed ruħha minħabba li ħafna erwieħ qed jintilfu fid-dinja tallum);
2) Il-ħarba lejn l-Eġittu (Ġesù, Marija u Ġużeppi kienu mkeċċijin minn art twelidhom; illum ħafna erwieħ ikeċċuhom jew jitfgħuhom il-barra);
3) It-telfien tat-Tfajjel Ġesù fit-tempju (Illum ħafna erwieħ tilfu l-innoċenza tagħhom – it-telfien ta’ Ġesù għal darba oħra fit-tempji ta’ Alla);
4) Il-laqa’ ta’ Ġesù u Marija matul it-Triq tas-Salib (In-niket li ma jitfissirx bil-kliem ta’ Marija meta tara lil Ġesù u Tagħlimu jerġa’ jiġi ippersegwitat;
5) It-Tislib (Ġesù hu msallab ħaj mill-ġdid illum għal drabi bla għadd minn ħafna nies, ukoll minn erwieħ magħżulin, li jwettqu dnubiet mejta);
6) Il-Ġisem ta’ Ġesù imniżżel minn fuq is-Salib (Il-ġisem Imqaddes ta’ Ġesù u l-Ġisem Mistiku Tiegħu kien imħassar u misħuq u jidgħu bih b’mod li ma jitfissirx bil-kliem);
7) Id-difna ta’ Ġesù (In-niket li ma jitfissirx ta’ l-Omm meta tara id-difniet bla għadd tal-preżenza nnifisha ta’ Ġesù kemm fid-dinja kif ukoll fl-infern ta’ dejjem).

D) Nistgħu ukoll nagħżlu tema ġenerali kull jum biex nimmeditaw fuq is-seba’ duluri tal-Madonna meta hi tibqa’ tara għadd bla qies ta’ erwieħ li jwettqu l-abort, s-suwiċidju, l-qtil, l-abbuż sesswali, d-dnub tal-ġisem, it-tkissir tal-familja u tar-relazzjoni, l-apostasija, l-qima satanika, iċ-ċaħda ta’ Kristu u tal-Knisja Tiegħu, u l-bqija, jintilfu fid-dnubiet u fl-infern ta’ dejjem.

E) Talb ta’ għeluq:
"Sultana tal-Martri, ruħek kienet imħawwda ħafna fil-baħar il-kbir tat-tbatijiet.  Aħna nitolbuk għall merti tad-dmugħ li int xerridt f’dawn il-misteri tan-niket tal-biża’, biex taqlgħalna u lill-midinbin kollha tad-dinja, l-grazzja ta’ sinċerità u ndiema sħiħa.  Amen.
      Biex tixxotta d-dmugħ ta’ Marija matul it-tbatijiet bla qies tagħha, għid: Missierna, Sliema, u talba li ġejja għal tlett darbiet,
Ja Qalb ta’ Marija, mnissla mingħajr dnub oriġinali, li madankollu kellek tbati daqshekk għalina, itlob għalina li nirikorru lejk.”