Saturday, October 30, 2010

Is-Seba’ Duluri tal-Madonna


1.    Il-Profezija ta’ Xmun
2.    Il-Ħarba lejn l-Eġittu
3.    It-Telfa’ ta’ Ġesù fit-Tempju
4.    Marija tiltaqa’ ma’ Ġesù jġorr is-Salib
5.    It-Tislib
6.    Marija Tilqa’ il-Ġisem Mejjet ta’ Binha
7.    Id-Difna ta’ Binha u l-Għeluq tal-Qabar.


Litanija tal-Madonna tas-Seba’ Duluri

Mill-Papa Piju VII


Mulej, ħniena.                                                   Mulej, ħniena.
Kristu, ħniena.                                                  Kristu, ħniena
Mulej, ħniena.                                                   Mulej, ħniena.
Kristu, ismagħna.                                             Kristu, ismagħna
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.                                Kristu, ilqa’ t-talb tagħna
Missier Etern Alla.                                            Ħenn għalina
Iben Alla, li fdejt id-dinja.                                 Ħenn għalina
Spirtu Qaddis Alla.                                            Ħenn għalina
Imqaddsa Marija Omm Alla.                             Itlob għalina
Imqaddsa Verġni tal-verġni.                            Itlob għalina
Omm tal-Imsallab.                                             Itlob għalina
Omm immnikkta.                                               Itlob għalina
Omm imbikkija.                                                  Itlob għalina
Omm titniehed.                                                  Itlob għalina
Omm imweġġa’.                                                Itlob għalina
Omm abbandunata.                                           Itlob għalina
Omm deżolata.                                                   Itlob għalina
Omm l-iktar qalbek sewda.                               Itlob għalina
Omm imġarrba bid-dwejjaq.                             Itlob għalina
Omm mifnija bin-niket.                                      Itlob għalina
Omm minfuda bis-sejf.                                      Itlob għalina
Omm imsallba fil-qalb tiegħek.                         Itlob għalina
Omm li ġarrabt il-mewt ta’ Ibnek.                      Itlob għalina
Ħamiema Titniehed.                                            Itlob għalina
Omm tad-Duluri.                                                   Itlob għalina
Għajn ta’ dmugħ.                                                  Itlob għalina
Baħar ta’ mrar.                                                      Itlob għalina
Kamp ta’ tribulazzjoni.                                         Itlob għalina
Kotra ta’ tbatija.                                                    Itlob għalina
Mera tas-Sabar.                                                    Itlob għalina
Blata ta’ fedeltà.                                                   Itlob għalina
Rimedju fit-taħwid.                                              Itlob għalina
Ferħ tal-imnikktin.                                                Itlob għalina
Arka tal-mitluqin.                                                  Itlob għalina
Kenn tal-abbandunati.                                          Itlob għalina
Tarka tal-maħqurin.                                               Itlob għalina
Rebbieħa ta’ dawk li ma jemmnux.                     Itlob għalina
Faraġ ta’ qalbhom sewda.                                     Itlob għalina
Duwa tal-morda.                                                     Itlob għalina
Għajnuna tad-beżżiegħa.                                       Itlob għalina
Saħħa tad-dgħajjfin.                                               Itlob għalina
Prottettriċi ta’ dawk li jitqabdu.                             Itlob għalina
Port ta’ dawk li jġarbu l-għarqa.                            Itlob għalina
Li ssikket it-tempesti.                                            Itlob għalina
Sieħba tal-imnikktin.                                              Itlob għalina
Irtirar għal dawk li jokorbu.                                   Itlob għalina
Biża’ tal-qarrieqa.                                                   Itlob għalina
Mudell tal-Martri.                                                    Itlob għalina
Teżor tal-Fidili.                                                        Itlob għalina
Dawl al-Konfessuri.                                                Itlob għalina
Ġawhra tal-Verġni.                                                 Itlob għalina
Faraġ tar-romol.                                                      Itlob għalina
Ferħ tal-Qaddisin kollha.                                        Itlob għalina
Sultana tal-Qaddejja tiegħek.                                 Itlob għalina
Qaddisa Marija, li ħadd ma jista' jkun bħalek.      Itlob għalina

Itlob għalina Verġni l-iktar Imnikkta.
Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.

Nitolbu

O Alla, li fil-Passjoni tiegħek, skond il-profezija ta’ Xmun, sejf ta’ niket nifed il-qalb l-iktar ħelwa tal-glorjuża Mqaddsa Verġni Marija Omm Tiegħek: agħti lilna li niċċelebraw it-tifkirta tas-Seba’ Duluri tagħha, li niksbu l-frott ħieni tal-Passjoni Tiegħek, li Tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.


Konsagrazzjoni lill-Madonna tad-Duluri

Marija Verġni l-iktar qaddisa u Sultana tal-Martri, mhux li kont nista’ nkun fil-Ġenna, biex hemm nikkontempla l-ġieħ mogħti lilek mit-Trinità l-Iktar Qaddisa u mill-Qorti kollu tas-Sema!  Iżda ladarba jien għadni pellegrin f’dan il-wied tad-dmugħ, ilqa’ mingħandi, qaddej tiegħek mingħajr ma jistħoqqli u midneb imsejken, il-qima l-iktar sinċiera u l-att ta’ fiduċja l-iktar perfetta li ħlejqa umana tista’ toffrilek.
Fil-Qalb Bla Tebgħa tiegħek, minfuda minn tant sjuf ta’ niket, illum jiena nqiegħed għal dejjem ir-ruħ imsejkna tiegħi; ilqgħani biex nieħu sehem fid-duluri tiegħek, u tħalli qatt li jiena nitbiegħed minn dak is-Salib li fuqu ibnek il-waħdieni miet għalija.
Miegħek, O Marija, jien nissaporti t-tbatijiet, il-kotradizzjonijiet, u l-mard kollu li għad iżuruni f’din il-ħajja skond kif jogħġob lill-Iben Divin tiegħek.  Dawn kollha noffrihomlok b’tifkira tad-Duluri li inti batejt matul ħajtek, sabiex mil-lum il-quddiem kull ħsieb ta’ moħħi, kull taħbita ta’ qalbi jkunu att ta’ mogħdrija għan-Niket tiegħek, u ta’ sodisfazzjon għall–qima li inti tgawdi fil-Ġenna.
Għalhekk, ja Omm Għażiża, jien issa nagħder id-Duluri tiegħek, u nifraħ li narak imweġġgħa, ikollok inti wkoll mogħdrija minni, u erġa’ ħabbibni ma’ Ibnek Ġesù, sabiex nista’ nsir iben tiegħek veru u fidil; ejja fl-aħħar jum ta’ ħajti u  għinni fl-aħħar agunija tiegħi, kif inti kont preżenti fl-Agunija tal-Iben Divin tiegħek Ġesù, sabiex minn dan it-turufnament ta’ tbatija nkun nista’ mmur il-Ġenna, fejn hemm naqsam miegħek fil-glorja.  Ammen.

EŻERĊIZZJU GĦALL-KOMPASSJONI TA’ MARIJA SANTISSMA ADDOLORATA

FIL-LEJL TA’ KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA
(minn San Ġorġ Preca)
I.       NARRAZZJONI:
Wara li l-Iben waħdieni tal-Verġni Mbierka Marija Santissma gie mqiegħed u magħluq fil-qabar, allura, din flimkien ma' l-appostlu Ġwanni, u ma' Marija Madalena u mat-twajba nisa l-oħra reggħet lura f'darha, u hawn għaddew il-lejl flimkien.
II.    IMMAĠINATIVA:
Kamra fqira, l-armla omm vergni bilqiegħda fuq is-sodda.  Ġwanni, Marija Madalena u n-nisa l-oħra li assistew għall-mewt kiefra ta' Ġesù Kristu bilqiegħda wkoll fl-istess kamra, jħarsu kultant lejn l-Omm Santissma fid-dawl ta’ musbieh, f'silenzju l-aktar profond.
III.                       SFILATA TA' ĦSIBIJIET: -
Fil-ħemda tad-dak il-lejl tassew ta' niket, l-Omm Santissma mingħajr ma tagħlaq għajn ma' għajn għall-impressjonijiet kbar tagħha fuq il-mewt traġika ta' Binha, f'dik il-velja tilmaħ għaddejja sfilata quddiem il-menti tagħha ħaġa ħaġa l-ħwejjeġ kollha, li ġraw taħt għajnejha mal-jum:
 Folol ta' nies,          għajat,        dalma tax-xemx,       salib,             imsiemer,
  lanza,                     suldati,      sponza                      ħbula             bieqja tal-ħall,
  libsa maqsuma f'erba biċċiet,   iċ-Ċenturjun,            Ġużeppi minn Arimatea,
  Nikodemu,             qabar,       lożor,                         skrizzjoni,      t-transport għad-difna,
  l-ġisem Divin ippjagat u bla sura fi ħdanha.
  • Tistħajjel li qiegħda wieqfa maġenb Binha msallab tisimgħu jitlob għall-mahfra ta' dawk li sallbuh;
  • li qiegħda tisimgħu jassigura l-Ġenna lill-ħalliel ikkonvertit, li kien ċanfar lil sieħbu li ddisprezza lil Ġesù.
  • Tistħajjel li qiegħda tisma' lill-Iben maħbub tagħha jgħidilha biex tieħu b'iben tagħha lil Ġwanni, u lil Ġwanni jgħidlu biex jieħu lilha b'omm tiegħu;
  • li qiegħda tisimgħu jgħid lill-Missier tiegħu: "Alla tiegħi, Alla tiegħi għaliex tlaqtni?"
  • li qiegħda tara s-suldat iqiegħed max-xufftejn ta' Ġesù sponża bil-ħall għall-kelma: "Għandi l-għatx",
  • Tistħajjel li qiegħda tisma' lill-agonizzant iben tagħha f'baħar ta' disprezz u wġigħat jgħid: "Huwa mitmum";
  • tistħajjel li qiegħda tisma' l-għajta l-kbira: "Missier, f'idejk jien nerħi ruħi," u tarah jinkina rasu u jispira.
         Oh!  X'lejl!
  •  Tistħajjel li qiegħda tara s-suldati jiksru saqajn iż-żewġ ħallelin, li kienu msallbin wieħed kull naħa maġenb Kristu, u li tara wieħed mis-suldati jgħaddas fil-kustat Divin, lanza u jislitha b'ċarċir ta' demm u ilma.
  • Tistħajjel li qiegħda tara lil kulħadd imwerwer bil-biża’ għad-dalma u għat-terremot u jħabbtu fuq sidirhom jirriturnaw lejn djarhom.
  • Tistħajjel li qiegħda tħoss il-piż tal-ġisem mejjet ippjagat fi ħdanha. 
  • Tistħajjel li qiegħda tara lil Ġużeppi minn Arimatea u lil Nikodemu jeħduh minn ħdanha, jidilkuh bl-ingwent u jaħbuh fil-liżar.
  • Tistħajjel li qiegħda bħall-Armla ta' Najm tassoċja fl-akkompanjament għad-difna.
  • Tistħajjel li qiegħda tara l-ġebla taħbilha l-oġġett ta' qalbha għalkollox.
  •  Tistħajjel li qiegħda terġa' tara u tisma' kollox fir-ritorn lejn darha minn dawk in-naħiet.
          Oh!  X'lejl għal Marija Santissma!!
          X'ripetizzjoni krudila!!

IV.                        KONKLUŻJONI:
Inti, o midneb, tista' ma tarax kemm huwa ikrah id-dnub u kemm għandek raġun tħobb lil din l-Omm, li permezz tagħha ġie mogħti lilna l-Feddej u s-Salvatur tal-bnedmin?  Jista' jkun li ma titgħallimx quddiemha sabiex tapprezza t-tbatijiet li jissieħbu neċessarjament mal-ħajja ta' kull bniedem?
V.   Talba:
O Verġni Mbierka, bil-qawwa setgħana tiegħek idħol għalina quddiem Alla biex il-Passjoni u l-Mewt ta' Kristu Ibnek u d-duluri tiegħek ma jkunux bla frott għalija.  Ammen.

N.B.  Marija Santissima tgħodd ruħha midjuna lejn min jagħmel dan l-eżerċizzju.
        (San Gabriel ta’ l- Addolorata)

Thursday, October 28, 2010

Kif Titlob ir-Rużarju

L-Arċisqof Fulton Sheen qal: “Ir-Rużarju huwa l-ktieb tal-għomja, fejn l-erwieħ jaraw u hemmhekk tinħadem l-ikbar drama tal-imħabba li qatt rat id-dinja; huwa l-ktieb ta’ nies komuni, li jdaħħalhom fil-misteri u l-għerf li jissodisfa wisq aktar mit-tagħlim ta’ nies oħra; huwa l-ktieb tal-anzjani, li għajnejhom jingħalqu għad-dellijiet ta’ din id-dinja, u jinfetħu għar-realtà li għad trid tiġi. Il-qawwa tar-Rużarju ma jistax jitfisser.”
__________________________________________________________________________


Filwaqt li r-Rużarju u l-indulġenzi li l-Knisja rabtet miegħu japplikaw għall-posti u l-meditazzjon fuq il-misteri biss, dan li ġej hu kif soltu jinbeda u jintemm ir-Rużarju.

1. Tħejjija

Ibda billi trod is-Salib:
Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.

Imbagħad għid il-Kredu:
Jiena nemmen f’Alla l-Missier li jista’ kollox,
li ħalaq is-sema u l-art;
u f’Ġesú Kristu, Ibnu wieħed Sidna;
li kien konċeput mill-Ispirtu s-Santu,
twieled minn Marija Verġni;
bata taħt il-ħaqq ta’ Ponzju Pilat,
sallbuh, miet u difnuh;
niżel il-Limbu,
mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet;
tela’ fis-smewwiet,
qiegħed in-naħa tal-lemin t’Alla l-Missier, li jista’ kollox;
minn hemm għandu jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin.
Nemmen fl-Ispirtu s-Santu;
l-Knisja Mqaddsa Kattolika,
x-Xirka tal-Qaddisin;
il-maħfra tad-dnubiet;
il-qawma ta’ l-imwiet;
il-ħajja ta’ dejjem.

Ammen

Imbagħad għid:
Missierna”                      waħda (1)
Sliema Għalik Marija”  tlieta (3)       (għal virtujiet tal-Fidi, t-Tama u l-Imħabba),
Glorja”                            waħda (1)

(1) - Missierna li inti fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni.  Ammen.

(3) - Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù. Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna.  Ammen.

(1) - Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.

__________________________________________________________________________

2. Ir-Rużarju nnifsu
Ir-Rużarju innifsu huwa l-posti u l-misteri marbutin magħhom, u dawn biss huma meħtieġa li jintalbu biex “titlob ir-Rużarju”, kemm skond it-talba tal-Madonna, kif ukoll biex jintrebħu l-indulġenzi marbutin mat-talb tar-Rużarju.


Ir-Rużarju tradizzjonali kien mqassam fi tlett taqsimiet, kull waħda fiha ħames misteri: Tal-Ferħ, tat-Tbatija, u tal-Glorja.


Għal dawk li kienu jixtiequ jgħidu biss 5 posti kull jum, dawn kienu jingħadu skond din it-tabella:

It-Tnejn       It-Tlieta           l-Erbgħa        Il-Ħamis       Il-Ġimgħa        Is-Sibt            Il-Ħadd
tal-Ferħ       tat-Tbatija       tal-Glorja       tal-Ferħ        tat-Tbatija       tal-Glorja       tal-Glorja

Fl-ittra appostolika tiegħu Ir-Rużarju tal-Verġni Marija, l-Papa Ġwanni Pawlu II ippropona sett ġdid ta’ misteri, li hu sejħilhom tad-Dawl, u li jitrattaw iż-żmien tal-ħajja pubblika tal-Mulej Tagħna. Għal dawk li jixtiequ jgħidu l-20 posta kollha f’daqqa matul ġurnata waħda, huma jistgħu jingħadu f’dan l-ordni: tal-Ferħ, tad-Dawl, tat-Tbatija u tal-Glorja.


Għal dawk li jixtiequ jgħidu biss 5 posti kull jum, il-Papa ippropona din it-tabella:
It-Tnejn        It-Tlieta            l-Erbgħa          Il-Ħamis         Il-Ġimgħa        Is-Sibt          Il-Ħadd
Tal-Ferħ       Tat-Tbatija       Tal-Glorja       tad-Dawl        tat-Tbatija       Tal-Ferħ       Tal-Glorja

Għal kull Misteru, filwaqt li timmedita fuq il-Misteri, rreċita:

Missierna”                      waħda (1)      (fuq iż-żibeġ il-kbar)
Sliema Għalik Marija”  għaxra (10)  (fuq iż-żibeġ iż-żgħar)
Glorja”                            waħda (1)     (qabel iż-żibġa l-kbira li jmiss)
biex tkun għedt posta sħiħa tar-rużarju.


Wara kull Misteru tingħad “it-Talba ta’ Fatima” (Papa Piju XII).

O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna eħlisna min-nar ta’ l-infern, ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, speċjalment lil dawk li l-aktar għandhom bżonn tal-ħniena Tiegħek.

__________________________________________________________________________

3. It-Talb tal-Għeluq
Wara li jingħadu ħames misteri (5 posti), jew 15 jew 20, is-soltu jingħad dan li ġej:


Sliema Għalik Sultana (jew tista’ titkanta is-Salve Regina)

Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik. Lilek ingħajjtu, għaliex aħna tturufnati, ulied Eva; lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f’dan il-wied tad-dmugħ. Ejja, mela, avukata tagħna, dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena; u wrina, wara dan it-turufnament, lil Ġesù, frott imbierek tal-ġuf tiegħek. O Ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.  Ammen.

V. Itlob għalina qaddisa Omm Alla.
R. Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.

Talba tar-Rużarju

Nitlobu.

O Alla, li bil-ħajja, l-mewt u l-qawmien Tiegħu, Ibnek il-waħdieni qalgħalna l-premju tal-fidwa eterna. Għatina, nitolbuk, li waqt li nimmeditaw fuq dawn il-misteri tar-Rużarju mqaddes tal Verġni Mbierka Marija, nimxu fuq dak li fihom u naqligħu dak li jwiegħdu, bi Kristu Sidna.  Ammen.

Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù,        ħenn għalina.
Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija,   itlob għalina

__________________________________________________________________________

4. Għall-Intenzjonijiet tal-Papa
Il-Kattoliċi li jgħidu r-Rużarju fi grupp, jew, waħedhom quddiem Ġesù-Sagramentat, jistgħu jirbħu ndulġenza plenarja bil-kondizzjoniet tas-soltu, li jinkludu talba għall-intenzjonijiet tal-Papa.

Għall-ingtenzjonijiet tal-Papa:

Missierna,
Sliema Għalik Marija, u
Glorja.

__________________________________________________________________________

Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.  Ammen.