Is-seba’ duluri ta’ l-Omm Imbierka Tagħna huma:
1) Il-profezija ta’ Xmun;
2) Il-ħarba lejn l-Eġittu;
3) It-telfien tat-Tfajjel Ġesù fit-tempju;
4) Il-laqa’ ta’ Ġesù u Marija fit-Triq
tas-Salib;
5) It-Tislib;
6) Il-Ġisem ta’ Ġesù imniżżel minn fuq is-Salib;
7) Id-dfin ta’ Ġesù.
* Skont Santa Briġita
tal-Isvezja (1302-1373), il-Verġni Mbierka taqla’ seba’ grazzji lill-erwieħ li
jqimuha kuljum billi jimmeditaw fuq id-dmugħ u d-duluri tagħha, filwaqt li
jitolbu seba’ Sliemiet għal kull dulur.
Is-seba’ grazzji speċjali huma:
1) L-Omm Imbierka tagħna
taqla’ l-paċi lill-familji tagħhom.
2) Huma jkunu mdawwla fuq
il-misteri divini.
3) L-Omm tagħna tas-Sema
tfarraġhom fit tbatijiet tagħhom u takkompanjahom fix-xogħol tagħhom.
4) Hi tagħtihom kulma jitolbu
sakemm ma jkunx kontra ir-rieda perfetta tal-Iben Divin tagħha jew it-tqaddis
tar-ruħ.
5) L-Omm Imbierka tagħna
tiddefendihom fit-taqbid spiritwali tagħhom ma’ l-għadu infernali u tħarishom
f’kull waqt ta’ ħajjithom.
6) Hi tgħinhom b’mod viżibbli
fil-waqt tal-mewt tagħhom. Huma jaraw
il-wiċċ tal-Omm tagħhom.
7) Hi qalgħet il-grazzja
mingħand Binha, li dawk li jxerrdu din id-devozzjoni għad-dmugħ u d-duluri
tagħha, jittieħdu dritt minn
din il-ħajja fuq l-art lejn il-ferħ ta’ dejjem ladarba d-dnubiet kollha tagħhom
jinħafrulhom. Hi u Binha jkunu
l-konsolazzjoni u l-ferħ tagħhom għal dejjem.
* Il-Knisja Kattolika għarfet
u bierket ir-Rużarju Doloruż, u fit-28 ta’ Mejju 1942 tat induġenza plenarja
jew parzjali kull meta jkun reċitat skond il-kundizzjonijiet tal-Knisja. (ara: S. Penit Ap. Can. No.934. Preces et Pia, OPUS
XV.) L-indulġenza hi l-għoti ta’ ħelsien mill-kastig li jkun jonqos
għad-dnubiet magħmulin (ara.
Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, 1471-1479, 1498).
* Tintrebaħ
indulġenza parzjali meta ir-Rużarju Doloruż jingħad fejn ikun x’ħin ikun.
* Tintrebaħ indulġenza
plenarja meta r-Rużarju Doloruż jingħad:
1) quddiem Ġesù Sagramentat.
2) kuljum għal xahar sħiħ.
3) nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa għall-erwieħ tal-Purgatorju.
4) fil-15 ta’ Settembru (festa tad-Duluri).
Ir-Rużarju jista’ jingħad kulfejn ikun.
5) fil-Ġimgħa l-Kbira. Ir-Rużarju
jista’ jingħad kulfejn ikun.
No comments:
Post a Comment