A) Ibda b’att ta’ ndiema biex
twarrab kwalunkwe xkiel quddiem Alla u l-Omm Imbierka Tagħna.
“Alla tiegħi, jisgħobija b’qalbi kollha li
offendejtek, u nistmerr dnubieti kollha, għax nitkexkex mit-telf tal-ġenna u
t-tbatijiet tal-infern; iżda fuq kollox għax huma joffendu lilek, Alla tiegħi,
li inti kollok tjieba u jistħoqqlok imħabbti kollha. Nagħmel fehma soda, li bil-għajnuna
tal-grazzja tiegħek, nqerr dnubieti, nagħmel penitenza, u nibdel ħajti
għat-tajjeb. Ammen.”
B) Itlob Missierna
waħda flimkien ma’ seba’ Sliema wara li timmedita fuq kull
dulur ta’ l-Omm Imbierka Tagħna.
C) Tnebbieħ biex timmedita
is-seba’ duluri ta’l-Omm Imbierka Tagħna huma:
1) Il-profezija ta’ Xmun
(li sejf qed jinfed ruħha minħabba li ħafna erwieħ qed jintilfu fid-dinja
tallum);
2) Il-ħarba lejn l-Eġittu
(Ġesù, Marija u Ġużeppi kienu mkeċċijin minn
art twelidhom; illum ħafna erwieħ ikeċċuhom jew jitfgħuhom il-barra);
3) It-telfien tat-Tfajjel
Ġesù fit-tempju (Illum ħafna erwieħ tilfu l-innoċenza tagħhom – it-telfien
ta’ Ġesù għal darba oħra fit-tempji ta’ Alla);
4) Il-laqa’ ta’ Ġesù u
Marija matul it-Triq tas-Salib (In-niket li ma jitfissirx bil-kliem ta’
Marija meta tara lil Ġesù u Tagħlimu jerġa’
jiġi ippersegwitat;
5) It-Tislib (Ġesù hu
msallab ħaj mill-ġdid illum għal drabi bla għadd minn
ħafna nies, ukoll minn
erwieħ magħżulin, li jwettqu dnubiet mejta);
6) Il-Ġisem ta’ Ġesù
imniżżel minn
fuq is-Salib (Il-ġisem Imqaddes ta’ Ġesù u l-Ġisem Mistiku Tiegħu kien
imħassar u misħuq u jidgħu bih b’mod li ma jitfissirx bil-kliem);
7) Id-difna ta’ Ġesù
(In-niket li ma jitfissirx ta’ l-Omm meta tara
id-difniet bla għadd tal-preżenza nnifisha ta’ Ġesù kemm fid-dinja kif ukoll
fl-infern ta’ dejjem).
D) Nistgħu ukoll nagħżlu tema
ġenerali kull jum biex nimmeditaw fuq is-seba’ duluri tal-Madonna meta hi
tibqa’ tara għadd bla qies ta’ erwieħ li jwettqu l-abort, s-suwiċidju, l-qtil,
l-abbuż sesswali, d-dnub tal-ġisem, it-tkissir tal-familja u tar-relazzjoni,
l-apostasija, l-qima satanika, iċ-ċaħda ta’ Kristu u tal-Knisja Tiegħu, u
l-bqija, jintilfu fid-dnubiet u fl-infern ta’ dejjem.
E) Talb ta’ għeluq:
"Sultana tal-Martri, ruħek kienet
imħawwda ħafna fil-baħar il-kbir tat-tbatijiet.
Aħna nitolbuk għall merti tad-dmugħ li int xerridt f’dawn il-misteri
tan-niket tal-biża’, biex taqlgħalna u lill-midinbin kollha tad-dinja,
l-grazzja ta’ sinċerità u ndiema sħiħa.
Amen.”
Biex tixxotta d-dmugħ ta’ Marija matul it-tbatijiet bla qies
tagħha, għid: Missierna, Sliema, u talba li ġejja għal tlett
darbiet,
“Ja Qalb ta’ Marija, mnissla mingħajr dnub
oriġinali, li madankollu kellek tbati daqshekk għalina, itlob għalina li
nirikorru lejk.”
No comments:
Post a Comment