Friday, December 21, 2012

Ir-Rużarju tas-Seba’ Duluri




Is-seba’ duluri ta’ l-Omm Imbierka Tagħna huma:
1) Il-profezija ta’ Xmun;
2) Il-ħarba lejn l-Eġittu;
3) It-telfien tat-Tfajjel Ġesù fit-tempju;
4) Il-laqa’ ta’ Ġesù u Marija fit-Triq tas-Salib;
5) It-Tislib;
6) Il-Ġisem ta’ Ġesù imniżżel minn fuq is-Salib;
7) Id-dfin ta’ Ġesù.

* Skont Santa Briġita tal-Isvezja (1302-1373), il-Verġni Mbierka taqla’ seba’ grazzji lill-erwieħ li jqimuha kuljum billi jimmeditaw fuq id-dmugħ u d-duluri tagħha, filwaqt li jitolbu seba’ Sliemiet għal kull dulur.

Is-seba’ grazzji speċjali huma:
1) L-Omm Imbierka tagħna taqla’ l-paċi lill-familji tagħhom.
2) Huma jkunu mdawwla fuq il-misteri divini.
3) L-Omm tagħna tas-Sema tfarraġhom fit tbatijiet tagħhom u takkompanjahom fix-xogħol tagħhom.
4) Hi tagħtihom kulma jitolbu sakemm ma jkunx kontra ir-rieda perfetta tal-Iben Divin tagħha jew it-tqaddis tar-ruħ.
5) L-Omm Imbierka tagħna tiddefendihom fit-taqbid spiritwali tagħhom ma’ l-għadu infernali u tħarishom f’kull waqt ta’ ħajjithom.
6) Hi tgħinhom b’mod viżibbli fil-waqt tal-mewt tagħhom.  Huma jaraw il-wiċċ tal-Omm tagħhom.
7) Hi qalgħet il-grazzja mingħand Binha, li dawk li jxerrdu din id-devozzjoni għad-dmugħ u d-duluri tagħha, jittieħdu dritt minn din il-ħajja fuq l-art lejn il-ferħ ta’ dejjem ladarba d-dnubiet kollha tagħhom jinħafrulhom.  Hi u Binha jkunu l-konsolazzjoni u l-ferħ tagħhom għal dejjem.

* Il-Knisja Kattolika għarfet u bierket ir-Rużarju Doloruż, u fit-28 ta’ Mejju 1942 tat induġenza plenarja jew parzjali kull meta jkun reċitat skond il-kundizzjonijiet tal-Knisja.  (ara: S. Penit Ap. Can. No.934. Preces et Pia, OPUS XV.)  L-indulġenza hi l-għoti ta’ ħelsien mill-kastig li jkun jonqos għad-dnubiet magħmulin (ara. Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, 1471-1479, 1498).

* Tintrebaħ indulġenza parzjali meta ir-Rużarju Doloruż jingħad fejn ikun x’ħin ikun.

* Tintrebaħ indulġenza plenarja meta r-Rużarju Doloruż jingħad:
1) quddiem Ġesù Sagramentat.
2) kuljum għal xahar sħiħ.
3) nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa għall-erwieħ tal-Purgatorju.
4) fil-15 ta’ Settembru (festa tad-Duluri).  Ir-Rużarju jista’ jingħad kulfejn ikun.
5) fil-Ġimgħa l-Kbira.  Ir-Rużarju jista’ jingħad kulfejn ikun.

No comments:

Post a Comment