FIL-LEJL TA’ KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA
(minn San Ġorġ Preca)
I. NARRAZZJONI:
Wara li l-Iben waħdieni tal-Verġni Mbierka Marija Santissma gie mqiegħed u magħluq fil-qabar, allura, din flimkien ma' l-appostlu Ġwanni, u ma' Marija Madalena u mat-twajba nisa l-oħra reggħet lura f'darha, u hawn għaddew il-lejl flimkien.
II. IMMAĠINATIVA:
Kamra fqira, l-armla omm vergni bilqiegħda fuq is-sodda. Ġwanni, Marija Madalena u n-nisa l-oħra li assistew għall-mewt kiefra ta' Ġesù Kristu bilqiegħda wkoll fl-istess kamra, jħarsu kultant lejn l-Omm Santissma fid-dawl ta’ musbieh, f'silenzju l-aktar profond.
III. SFILATA TA' ĦSIBIJIET: -
Fil-ħemda tad-dak il-lejl tassew ta' niket, l-Omm Santissma mingħajr ma tagħlaq għajn ma' għajn għall-impressjonijiet kbar tagħha fuq il-mewt traġika ta' Binha, f'dik il-velja tilmaħ għaddejja sfilata quddiem il-menti tagħha ħaġa ħaġa l-ħwejjeġ kollha, li ġraw taħt għajnejha mal-jum:
Folol ta' nies, għajat, dalma tax-xemx, salib, imsiemer,
lanza, suldati, sponza ħbula bieqja tal-ħall,
libsa maqsuma f'erba biċċiet, iċ-Ċenturjun, Ġużeppi minn Arimatea,
Nikodemu, qabar, lożor, skrizzjoni, t-transport għad-difna,
l-ġisem Divin ippjagat u bla sura fi ħdanha.
lanza, suldati, sponza ħbula bieqja tal-ħall,
libsa maqsuma f'erba biċċiet, iċ-Ċenturjun, Ġużeppi minn Arimatea,
Nikodemu, qabar, lożor, skrizzjoni, t-transport għad-difna,
l-ġisem Divin ippjagat u bla sura fi ħdanha.
- Tistħajjel li qiegħda wieqfa maġenb Binha msallab tisimgħu jitlob għall-mahfra ta' dawk li sallbuh;
- li qiegħda tisimgħu jassigura l-Ġenna lill-ħalliel ikkonvertit, li kien ċanfar lil sieħbu li ddisprezza lil Ġesù.
- Tistħajjel li qiegħda tisma' lill-Iben maħbub tagħha jgħidilha biex tieħu b'iben tagħha lil Ġwanni, u lil Ġwanni jgħidlu biex jieħu lilha b'omm tiegħu;
- li qiegħda tisimgħu jgħid lill-Missier tiegħu: "Alla tiegħi, Alla tiegħi għaliex tlaqtni?"
- li qiegħda tara s-suldat iqiegħed max-xufftejn ta' Ġesù sponża bil-ħall għall-kelma: "Għandi l-għatx",
- Tistħajjel li qiegħda tisma' lill-agonizzant iben tagħha f'baħar ta' disprezz u wġigħat jgħid: "Huwa mitmum";
- tistħajjel li qiegħda tisma' l-għajta l-kbira: "Missier, f'idejk jien nerħi ruħi," u tarah jinkina rasu u jispira.
Oh! X'lejl!
- Tistħajjel li qiegħda tara s-suldati jiksru saqajn iż-żewġ ħallelin, li kienu msallbin wieħed kull naħa maġenb Kristu, u li tara wieħed mis-suldati jgħaddas fil-kustat Divin, lanza u jislitha b'ċarċir ta' demm u ilma.
- Tistħajjel li qiegħda tara lil kulħadd imwerwer bil-biża’ għad-dalma u għat-terremot u jħabbtu fuq sidirhom jirriturnaw lejn djarhom.
- Tistħajjel li qiegħda tħoss il-piż tal-ġisem mejjet ippjagat fi ħdanha.
- Tistħajjel li qiegħda tara lil Ġużeppi minn Arimatea u lil Nikodemu jeħduh minn ħdanha, jidilkuh bl-ingwent u jaħbuh fil-liżar.
- Tistħajjel li qiegħda bħall-Armla ta' Najm tassoċja fl-akkompanjament għad-difna.
- Tistħajjel li qiegħda tara l-ġebla taħbilha l-oġġett ta' qalbha għalkollox.
- Tistħajjel li qiegħda terġa' tara u tisma' kollox fir-ritorn lejn darha minn dawk in-naħiet.
Oh! X'lejl għal Marija Santissma!!
X'ripetizzjoni krudila!!
X'ripetizzjoni krudila!!
IV. KONKLUŻJONI:
Inti, o midneb, tista' ma tarax kemm huwa ikrah id-dnub u kemm għandek raġun tħobb lil din l-Omm, li permezz tagħha ġie mogħti lilna l-Feddej u s-Salvatur tal-bnedmin? Jista' jkun li ma titgħallimx quddiemha sabiex tapprezza t-tbatijiet li jissieħbu neċessarjament mal-ħajja ta' kull bniedem?
V. Talba:
O Verġni Mbierka, bil-qawwa setgħana tiegħek idħol għalina quddiem Alla biex il-Passjoni u l-Mewt ta' Kristu Ibnek u d-duluri tiegħek ma jkunux bla frott għalija. Ammen.
N.B. Marija Santissima tgħodd ruħha midjuna lejn min jagħmel dan l-eżerċizzju.
(San Gabriel ta’ l- Addolorata)
(San Gabriel ta’ l- Addolorata)
No comments:
Post a Comment